Numru ta’ avvenimenti professjonali tat-tennis mistennija jibdew isiru minn Lulju, meta l-isport fl-Ingilterra jkompli jqum fuq saqajh wara l-pandemija tal-coronavirus. L-LTA, qalet li se tkun qed torganizza numru ta’ avvenimenti tat-tennis bejn it-3 u s-26 ta’ Lulju.
Bosta ta’ tennisti professjonali fosthom, Andy Murray u Johanna Konta mistennija jieħdu sehem. Iċ-Chief Eżekuttiv tal-LTA, Scott Lloyd qalet li minn meta bdiet il-pandemija tal-coronavirus, l-LTA kienet f’kuntatt kontinwu ma’ dawk kollha nvoluti fit-tennis.
Numru ta’ avvenimenti u turnaments oħra tat-tennis jistgħu isiru f’Awwissu jekk s-sospensjoni tal-isport internazzjonali tibqa’ fis-seħħ. It-tennis professjonali ilu sospiż sa minn Marzu, bl-Open ta’ Franza mistenni jsir aktar tard din is-sena filwaqt li t-turnament ta’ Wimbledon m’huwiex se jsir.
//= $special ?>