Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì qal li fil-parlament huwa qed jappoġġja r-residenti ta’ Ħal-Farrug u ta’ Ħal Qormi fl-oġġezzjoni tagħhom kontra żvilupp propost f’Wied il-Kbir Ħal Qormi.
Huwa qal li qed jinagħqad mar-residenti u qed jitkellem f’isimhom fil-parlament biex razzett u l-11-il tomna agrikola tal-madwar ma jiġux żviluppati fi mħażen industrijali u parkeġġ.
Huwa qal li hemm diversi raġunijiet għaliex dan il-proġett m’għandux jiġi aċċettat. Huwa qal li dan il-proġett qiegħed jmur kontra l-policies u allura m’għandux jiġi approvat għaliex qiegħed f’żona ODZ u ‘valley protection zone’, għandu art agrikola u protetta u huwa ddikjarat bħala ‘Strategic Open Gap’, Area of High Landscape Value.
Huwa qal li żvilupp industijali tar-razzett f’wied quddiem żona residenzjali se jaffetwa negattivament lir-residenti ta Ħal Farruġ u Ħal Qormi minħabba li jkompli jiċkien l-pulmun ta’ arja li għandhom dawn l-inħawi u anke l-open space li għandom dawn l-inħawi. Huwa qal li Ħal Qormi digà sar imiss bicca waħda mall-Marsa u Santa. Venera u m’għandux issa jinagħaqad biċċa waħda ma’ Ħal Luqa wkoll mingħajr spazju bejniethom.
Huwa lmenta wkoll li dan il-proġett se jżid it-traffiku u l-istorbju għar-residenti ta Ħal Farrug u Ħal Qormi u lmenta dwar id-diversi bypasses li qed jgħaddu minn nofs Hal Qormi. Huwa qali li flimkien mad-deputat Toni Bezzina tkellem ma residenti biex jifhem il-każ aħjar u biex jgħin fil-formolazzjoni tal-oġġezzjonijiet li għandhom l-istess resident.
Clyde Puli qal li hu tkellem ukoll mad-dilettanti tan-nar ta’ Ħal Qormi San Bastjan u sema minn għandhom kif dan se jaffetwa wkoll il-kultura u t-tradizzjoni tan-nar għaliex dan huwa l-aħħar post li l-Qriema baqgħalhom fejn jaħarqu n-nar għall-festa ta’ San Bastjan. Huwa qal li qed jappoġġja din it-tradizzjoni antika u li dawn id-dilettanti.
Id-deputat Nazzjonalista ilmenta wkoll dwar l-iskips li jsiru quddiem d-djar residenzjali u li qed joħolqu inkonvenjent għar-residenti. Huwa semma l-każ ta Triq id-Deheb Fin Ħal Qormi fejn madwar l-iskips spiss qed ikun hemm ħmieg u storbju u minnflok tneħħew l-iskips dawn ġew irduppjati fl-istess post quddiem ir-residenti. Huwa qal li dawn għandhom jitneħħew minnufih u jitpoġġew f’post li ma jdejqux lir-residenti.
//= $special ?>