Coronavirus Lokali Saħħa

AĠĠORNATA: Anzjan ta’ 97 sena hu s-seba’ vittma tal-Coronavirus f’pajjiżna

Dan hu t-tielet vittma li miet f'Karin Grech

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 97 sena miet warali kien infettat bil-Covid-19.

Ir-raġel miet fl-Isptar Karin Grech, matul il-lejl…u huwa s-7 vittma ta’ din il-pandemija.

Huwa kellu sintomi relatati mal-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. 

Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija appella biex il-poplu jsegwi d-direttivi tad-Dipartiment tas-Saħħa.