Fil-logħba prinċipali tal-lum, RB Leipzig naqsu milli japprofittaw miż-żelqa ta’ Dortmund meta ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Hertha Berlin. Kienu Hertha Berlin li fetħu tajjeb u fid-disa’ minuta marru fil vantaġġ b’ xutt mill-isbaħ ta’ MARKO GRUJIĆ.
Leipzig irrisponde u fl-24 minuta ġabu d-draw wara li minn corner kien LUKAS KLOSTERMANN li ġab d-draw b’daqqa ta’ ras. Fit-63 minuta, RB Leipzig spiċċaw jlagħbu b’10 meta’ Marcel Halstenberg ntwera’ t-tieni karta safra wara foul fuq Cunha.
Minkejja li bi plejer inqas Leipzig marru fil-vantaġġ u fit-68 miunta kien xutt ta’ PATRIK SCHICK mgħejjun minn żball tal-gowlkiper ta’ Hertha Berlin wara li naqas milli jżomm li għamilhom 2-1. Fi tmiem drammatiku, Hertha Berlin ingħataw penalty fir-raba’ minuta tal-ħin addizzjonali u kien KRZYSZTOF PIATEK li ġab id-draw għat-tim minn Berlin.
Riżultati: Ilbieraħ: B.Dortmundv B. Munich 0-1, B. Leverkusen v Wolfsburg 1-4, E. Frankfurt v Freiburg 3-3, W. Bremen v B. Mönchengladbach 0-0, Illum: RB Leipzig v H. Berlin 2-2, Augsburg v Paderborn 0-0, F. Düsseldorf v Schalke 2-1, Hoffenheim v Cologne 3-1, U. Berlin v Mainz 1-1
//= $special ?>