Lokali

Talba biex l-inkjesta dwar l-immigranti tiġi ppublikata

Ritratt: Arkivji

“Il-Prim Ministru Robert Abela talab kopja tal-inkjesta…jekk hu ser jingħata kopja, l-inkjesta għandha tiġi ppublikata fl-intier tagħha u tiġi eżaminata minn kulħadd”. Dan sostnietu fi stqarrija l-għaqda tas-soċjetà ċivili ‘Repubblika’ wara li sar magħruf li l-inkjesta dwar 12-il fatalità fil-baħar f’Jum l-Għid hi diġà konkluża.

Huma saħqu li assolutament mhux normali li inkjesta ta’ din ix-xorta titlesta fi żmien daqshekk qasir. Repubblika insistew li hemm inkjesti ta’ natura politika li ilhom pendenti għal dawn l-aħħar tlett snin, bid-differenza ta’ din l-inkjesta tlestiet f’temp ta’ xahar.

Repubblika qalu li x-xhieda u l-evidenza rrakkomandati minnhom ma setgħetx possibilment inġabret f’daqshekk żmien qasir u għaldaqstant appellaw sabiex l-inkjesta tiġi ppublikata fl-intier tagħha sabiex tkun tista’ tiġi eżaminata minn kulħadd.

Dan fid-dawl tal-fatt li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Prim Ministru Robert Abela qed jitlob kopja tagħha.