28 TA’ MEJJU 2003
L-għoti tal-penalties kienu deċiżivi biex Milan saru Champions tal-Ewropa għas-sitt darba. Fil-finali għelbu lil Juventus 3-2 bl-għoti tal-penalties f’Old Trafford f’dik li kienet l-ewwel finali kollha Taljana. L-eroj ta’ Milan kien il-gowlkiper Brażiljan Dida li salva tliet penalties. B’dan is-suċċess, il-kowċ ta’ Milan Carlo Ancelotti rebaħ l-unur bħala plejer kif ukoll bħala kowċ filwaqt li għal Marcello Lippi din kienet it-tielet telfa waqt finali tal-UEFA Champions League.
Fatt kurjuż ukoll li Clarence Seedorf sar l-ewwel plejer li rebaħ dan l-unur ma’ tliet klabbs differenti. Milan kienu għoddhom marru fil-vantaġġ wara tmien minuti permezz ta’ Andriy Shevchenko iżda l-gowl tħassar għal offside ta’ Rui Costa. Fit-tieni taqsima, Juventus laqtu l-lasta minn Antonio Conte. Il-partita kompliet fil-ħin barrani iżda l-iskor ma nfetaħx, bil-konfront kellu jkun deċiż bl-għoti tal-penalties.
Għal Juventus skorjaw Alessandro Birindelli u Alessandro Del Piero filwaqt li David Trezeguet, Marcelo Zalayeta u Paolo Montero kellhom il-penalties salvati minn Dida. Milan skorjaw Serginho u Alessandro Nesta filwaqt li x-xuttijiet ta’ Clarence Seedorf u Kakha Kaladze, b’Andriy Shevchenko jiskorja l-penalty deċiżiv. Wara l-logħba, il-President tal-UEFA Lennart Johansson ippreżenta t-trofew lill-captain ta’ Milan Paolo Maldini.
//= $special ?>