Il-Formula 1 approvat numru ta’ regoli li se jaraw nuqqas ta’ spejjeż, fost dawn il-miżuri hemm limitu ta’ kemm kull tim jista’ jonfoq. Dan se jkun qed isir mis-sena 2021 u qed isir biex l-isport tal-F1 ikun aktar sostennibli u kompetittiv fil-futur.
Il-kunsill tal-World Motor Sport approva li mis-sena d-dieħla t-timijiet se jkunu jistgħu jonfqu sa massimu ta €132 miljun. Ġiet approvata wkoll ‘areo development handicap system’ għal dawk it-timijiet li jkunu qed jiddominaw. B’reazzjoni għal dan ċ-Chief Executive officer tal-McLaren qal li b’dan it-tibdil se jkun qiegħed jirbaħ l-isport.
Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, numru ta’ timijiet kien sfurzati jpoġġu lil ħaddiema tagħhom taħt skemi tal-gvern b’numru ta’ fabbriki jagħlqu għal xi żmien. Fil-preżent it-timijiet li nromalment huma meqjusa bħala l-aktar b’saħħithom qegħdin jonfqu ftit inqas minn €200 miljun kull staġun. Minbarra regoli ġodda dwar il-finanzi tat-timijiet tal-Formula 1 l-FIA għamelt ukoll regoli ġodda dwar x’tibdil it-timijiet tal-Formula 1 jistgħu jagħmlu fil-karozzi tagħhom matul l-istaġun.
//= $special ?>