Il-kampjonat tas-Serie A se jkompli fl-20 ta’ Ġunju wara laqgħa bejn il-Gvern Taljan u t-tmexxija tal-futbol fl-Italja. Il-Ministru tal-Isport Vincenzo Spadafora qal li l-Kumitat tax-Xjenza u t-Teknoloġija ta l-approvazzjoni għall-protokoll iżda tibqa’ r-regola tal-kwarantina ta’ 14-il ġurnata għat-timijiet li jkollhom plejers pożittivi.
Hu kompla li l-Federazzjoni Taljana tat assigurazzjoni li jekk il-kampjonat jerġa’ jkun sospiż, hemm il-pjan B, dak tal-play-off u l-play-out u pjan Ċ dak li kristalizzazzjoni tal-klassifika.
Fil-laqgħa mal-Ministru tal-Isport Taljan Vincenzo Spadafora, ipparteċipaw il-President tal-FIGC Gabriele Gravina, il-President tal-Lega Serie A Paolo Dal Pino, il-President tal-Lega Serie B Mauro Balata u l-President tad-Dilettanti Cosimo Sibilia, Damiano Tommasi f’isem il-plejers, Renzo Ulivieri f’isem il-kowċis u Marcello Nicchi f’isem ir-referees.
//= $special ?>