Futbol Sport

Il-Premier League Ingliż se jkompli fis-17 ta’ Ġunju

(Ritratt: EPA)

Il-Premier League Ingliż se jkun qed ikompli fis-17 ta’ Ġunju b’żewġ partiti.

Wara waqfa fit-tul minħabba l-imxija tal-COIVD-19, il-football Ingliż se jkompli bil-partitissima ta’ Manchester City kontra Arsenal u Aston Villa kontra Sheffield United.

Lista sħiħa ta’ partit mbagħad tintlagħab fil-weekend tad-19-21 ta’ Ġunju.

Il-klabbs għadhom qed jiddiskutu l-idea waqt laqgħa li għaddeja bħalissa iżda huwa mifhum li kollha qablu fuq dan il-prinċipju f’dan l-istadju.