Ċifri maħruġa mill-NSO juru li f’April, l-ammont ta’ qgħad tela’ għal 10,816. Dan meta f’temp ta’ sena iċ-ċifri ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol żdiedu bi 3.4%.
Hu evidenti li l-qgħad żdied b’effett tal-pandemija l ħalliet daqqa kbira fuq l-ekonomija tagħna u fuq diversi setturi tan-negozju. L-effett għadu qed jinħass anke issa fil-mument li fih ċertu ħwienet ilhom kważi xahar miftuħin.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-qgħad fost iż-żgħażagħ ilaħħaq 3,536 persuna. Hemm ukoll 7,280 persuna bla xogħol, li eta’ tagħhom tvarja bejn 25 sena u 74 sena.
