Coronavirus Internazzjonali

Jaqbżu l-100,000 dawk li mietu bil-COVID-19 fl-Istati Uniti

In-numru ta’ imwiet kawża tal-imxija tal-COVID-19 fl-Istati Uniti issa qabeż il-100,000 f’inqas minn erba’ xhur.

Dan ifisser li l-Istati Uniti ra aktar fatalitajiet minn kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja, filwaqt li l-1.69 miljun infezzjoni kkonfermata hemmek tammonta għal madwar 30% tat-total ta’ każijiet madwar id-dinja.

L-ewwel infezzjoni fl-Istati Uniti kienet irrappurtata fl-istat ta’ Washington fil-21 ta’ Jannar.

Globalment hemm 5.6 miljun persuna rreġistrata li kellha jew għandha l-virus u minnhom mietu ‘l fuq minn 350,000 minn meta l-virus beda fil-belt Ċiniża ta’ Wuhan tard is-sena li għaddiet.

Fl-Istati Uniti mietu b’kollox 100,276 iżda fuq bażi per capita l-Istati Uniti tinsab fid-disa’ post fir-rata ta’ mortalità wara l-Belġju, ir-Renju Unit, Franza u l-Irlanda, skond studju li sar minn università amerikana.