Lokali

Joħroġ ir-raba’ vapur biex fuqu jospita numru ta’ immigranti

L-ispazju fuq it-tliet vapuri tal-Captain Morgan spiċċa u issa ħareġ vapur ta' Supreme Cruises

Fl-aħħar ħin il-gvern ordna l-ħruġ tar-raba’ vapur tat-turisti biex iżomm 75 immigrant ieħor li kienu salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta l-Erbgħa bil-lejl.

Jidher li d-dgħajjes kollha disponibbli tal-Captan Morgan qegħdin barra minn xtutna jiġu użati minn aktar minn 350 immigrant u għalhekk kien imsejjaħ operatur ieħor, din id-darba Supreme Cruises, biex joħroġ vapur biex fuqu joqgħdu aktar immigranti.

Il-vapur li ħareġ fis-sigħat li għaddew bl-isem ‘Jade’ jista’ jakkomoda 250 u għalhekk jista’ jagħti l-każ li l-Gvern qed jistenna akar immigranti jersqu viċin xtutna.