Il-kunsilliera tal-PN fil-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi llum ppreżentaw mozzjoni biex il-Kunsill Lokali jagħti l-Onorifiċenza Mertu Siġġiewi lill-Professur Charmaine Gauci.
Il-mozzjoni li tressqet mill-kunsilliera tal-PN, Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia biex tiġi diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali skedata għat-8 ta’ Ġunju 2020. Il-mozzjoni tispjega li s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika ilha residenti s-Siġġiewi għal numru ta’ snin u f’dan r-rwol tagħha dejjem wettqet ħidma professjonali li hija ta’ ġieħ u ġid mhux biss għas-Siġġiewi iżda għal pajjiżna.
Il-minority leader fi ħdan il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi, l-Avukat Alessia Psaila Zammit qalet li l-kunsilliera li ressqu din l-mozzjoni jemmnu li l-ħidma tas-Superintendent għandha tkun rikonoxxuta u apprezzata mill-Kunsill Lokali u dan f’isem il-lokalità u r-residenti Siġġiwin. Hi qalet li l-mozzjoni hija biex tiġi rikonoxxuta l-ħidma professjonali tal-Professur Charmaine Gauci li qed tagħmel ġieħ mhux biss lis-Siġġiewi, fejn hija residenti, imma lill-pajjiż kollu.

Alessia Psaila Zammit qalet li fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali, tistenna li jkun hemm qbil unanimu fuq din l-mozzjoni hekk kif hawn kunsens fil-pajjiż kollu, fost persuni ta’ kull twemin u fehmna politika li s-Superintendent tas-Saħħa Pubblika qed twettaq ħidma siewja u professjonali f’dan iż-żmien ta’ sfida waqt l-Covid-19. Hi qalet li l-kunsilliera tal-PN, għalkemm f’minoranza, qed ikunu l-mutur tal-inizjattivi pożittivi u l-innovazzjoni fis-Siġġiewi.
//= $special ?>