Lokali

“L-ewwel mexxu kontra l-kriminali vera” – Adrian Delia

"Agħtuna lura d-96 Miljun Ewro f’sena waħda biss li qed tisirquna fil-prezz tal gass u żejt"

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li qabel xejn, jeħtieġ li jkunu investigati “il-ministri li użaw ħażin flus il-poplu biex jagħmlu l-propoganda għalihom”.

“L-ewwel investigaw lill-Kummissarju Cutajar stess talli qatt ma mexxa kontra l-kbir.”

Huwa talab biex isiru l-investigazzjonijiet bix l-isptarijiet Maltin jingħataw lura lill-poplu, biex issir invetigazzjoni fuq l-4.5 Miljun Ewro li l-MTA armiet f’riklami li qatt ma saru.

Il-Kap tal-PN appella biex jingħataw lura l-250 Miljun Ewro li serqet il-kumpanija Vitals.

Huwa għalaq billi qal li “mbagħad meta tlestu, imma meta tlestu biss; misskom tiżfnu mar-ritmu tal-innoċenza u l-ferħ bla ħażen taż-żgħar.”

https://www.facebook.com/adriandeliapn/posts/3055801347791714