Lokali

Nirien f’ħanut f’Santa Venera

Ritratt: Arkivji

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5am, Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejjħa f’Santa Venera hekk kif deher ħafna duħħan fi Triq Misraħ il-Barrieri.

Malli waslu fuq il-post, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-niren li ħakmu lil ħanut li jinsab f’din it-triq. Mill-ewwel investigazzjoni jidher li n-nar beda kawża ta’ ħsarat elettriċi.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit, jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Il-puliżja għadha qed tinvestiga l-każ.