Stephen Cachia ġie maħtur bħala Direttur tal-Edukazzjoni Lasalljana f’Malta, responsabbli għall-Kulleġġ De La Salle, Stella Maris, u l-programmi edukattivi kollha offruti mill-Istituti Lasalljani.
Cachia, li hu eks student Lasalljan, serva f’diversi karigi għoljin fil-kamp edukattiv f’Malta fosthom Prinċipal ta’ Kulleġġ Statali, Prinċipal u CEO tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) u Direttur Ġenerali fil-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Hu se jkun qed jaħdem mill-qrib mal-Kapijiet u l-grupp tat-tmexxija taż-żewġ kulleġġi tal-Brothers ta’ De La Salle u ċ-Ċentru tal-Irtiri fil-Mellieħa fil-missjoni Lasalljana li toffri edukazzjoni Nisranija bl-isfidi tas-seklu 21.
Stephen Cachia se jibda fil-kariga ġdida f’Settembru li ġej. Id-Direzzjoni tal-edukazzjoni Lasalljana irringrazzjat lil Bro. Martin Borg u Bro. David Mizzi li għal ħafna snin servew fil-Kulleġġ De La Salle u l-Kulleġġ Stella Maris rispettivament.
//= $special ?>