Lokali

“Fi ftit jiem oħra l-Prim Ministru ser iħabbar il-ftuħ tal-ajruport” – Ministru Julia Farrugia Portelli

Jidher li ninsabu ftit tal-ġimgħat biss bogħod mill-ftuħ tal-ajruport…bil-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli tinsisti illi se jkun il-Prim Ministru Robert Abela li se jħabbar id-data tal-ftuħ tal-Ajruport.

F’intervista fuq ix-Xandir Nazzjonali, il-Ministru ikkonfermat li l-ftuħ tal-ajruport internazzjonali ta’ Malta se jithabbar fil-jiem li ġejjin.

Julia Farrugia Portelli sostniet li l-Gvern kienu ilu jaf b’din id-data sa mill-bidu nett. Ghalkemm s’issa għadha mistura.

F’intervent waqt il-programm Xtra, l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo sostna li 30% ta’ dawk it-turisti li normalment jiġu Malta mhux ser ikunu jistgħu jsiefru minħabba l-pandemija…. u insista li l-Gvern għandu bżonn iħabbar din id-data tal-ftuħ mill-aktar fis, sabiex l-operaturi jippjanaw sew.

Robert Arrigo saħaq li d-data tal-ftuħ ma tistax tkun mill-lum għal għada imma jrid jingħata ċans biżżejjed biex il-lukandi u l-bqija tas-settur turistiku jingħata ċans isib saqajh.

Mill-1 ta’ Ġunju, kull min jivvjaġġa bl-Air Malta irid ikun liebes maskra protettiva abbord l-ajruplan.L-għaqdiet tat-tobba qed jappellaw sabiex l-ajruport jiftaħ f’Lulju, filwaqt li l-lukandiera qed jinsistu li dan jiftaħ il-bibien f’nofs Ġunju.