Lokali

“Għandna nkunu kkunsidrati bħala parti mill-istrateġija post-covid” – Nutara

Laqgħa oħra pożittiva mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kunsilli Notarili. Dan wara l-ewwel laqgħa li kellhom bejniethom ftit tal-jiem ilu, illi swiet biex tissaħaħ il-ħidma konġunta.

Il-Kunsill Notarili wera l-apprezzament għax-xogħol li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista sabiex jgħin u jagħti widen lilhom u lil ħaddiema tagħhom, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia jisħaq li n-nutara għandhom funzjoni importanti fi ħdan is-soċjetà u l-ekonomija Maltija.

Il-Kamra tan-Nutara qalet li n-nutara professjonisti regoalti għandhom ikunu kkonsidrati bħala parti mill-istrategija post covid tal-pajjiż.

In-nutara saħqu li huma fost il-professjonisti li ma ngħataw l-ebda assistenza finanzjarja mill-Gvern.

Waqt din il-laqgħa, in-nutara faħħru l-ħidma tad-Deputati Nazzjonalisti Claudette Buttigieg u Therese Comodini Cachia fil-kumitat tal-Abbozzi fuq il-liġi tal-Koabitazzjoni fejn grazzi għall-ħidma tal-Partit Nazzjonalista giet assigurata ċertezza legali u ġie assigurat ukoll id-dritt għal min qiegħed diġà f’koabitazzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista sostna li żamm ma’ dak li ġie diskuss fil-laqgħa preċedenti u semma’ leħnu fil-Parlament bil-għan li f’dan ir-rigward kollox ikun irreġistrat.

Kelliema għall-Kunsill Notarili sostnew li hemm bżonn ta’ struttura diġitali fis-settur taghhom sabiex pajjiżna jimxi fuq il-passi ta’ pajjiżi oħra bħal Greċja.

Dan filwaqt li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li fid-daw tal-kriżi ta’ Covid-19, “in-neċessità hija dik li twelled l-invenzjoni” u għaldaqstant jinsab kommess li jimbotta ‘il quddiem dawn il-proposti.

Apparti id-deputat Claudette Buttigieg…prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll il-President tal-Forum Professjonisti tal-PN Graham Bencini.