Futbol Sport

Havertz strumentali biex Bayer Leverkusen irritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Bayer Leverkusen irritornaw għar-rebħa b’gowl fil-bidu tat-tieni taqsima biex għelbu lil Freiburg. Huma kienu ġejjin minn telfa ta’ 4-1 kontra Wolfsburg. B’din ir-rebħa telgħu fit-tielet post b’56 punt minn 29 logħba, tmien punti wara ċ-champions Bayern Munich.

L-eroj għalihom reġa’ kien iż-żagħżugħ Kai Havertz. Hu rċieva passaġġ intelliġenti ta’ Leon Bailey u b’opportuniżmu fl-54 minuta meta mattar saqajh fil-kaxxa ż-żgħira biex għadda l-ballun minn bejn saqajn Alexander Schwolow. Nils Petersen falla l-aħjar okkażjoni ta’ Freiburg biex iġibu d-draw fis-87 minuta, bil-gowlkiper Lukas Hradecky isalva mill-viċin.

Bundesliga

Illum: Freiburg v Bayer Leverkusen 0-1

Għada: Hertha Berlin v Augsburg 3.30pm, Mainz v Hoffenheim 3.30pm, Schalke v Werder Bremen 3.30pm, Wolfsburg v Eintracht Frankfurt 3.30pm, Bayern Munich v Fortuna Düsseldorf 3.30pm

Il-Ħadd: Borussia Mönchengladbach v Union Berlin 3.30pm, Paderborn v Borussia Dortmund 6.00pm