Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Covid-19 iħalli d-disa’ vittma f’pajjiżna; it-tieni f’inqas minn 24 siegħa

Stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa li ħarġet ftit tal-ħin ilu kkonfermat li pajjiżna għandha d-disa’ vittma tal-Covid-19. Dan wara li aktar kmieni mal-ġurnata ġie kkonfermat it-tmien vittma. Aqra aktar hawn.

L-aħħar vittma tal-Covid huwa raġel ta’ 68 sena. Hu kien qed jingħata l-kura fl-isptar Mater Dei meta rriżulta pożittiv.

Skont l-istqarrija tal-Ministeru, ir-raġel kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.

Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tar-raġel u mill-ġdid appella biex il-poplu jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Hekk biss, temmet tgħid l-istqarrija tal-Ministeru, nistgħu nipproteġġu lill-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.