Lokali

Il-Prim Ministru u d-delegazzjoni li marret il-Libja eżenti mill-obbligu tal-kwarantina

Avviż fil-Gazzetta tal-Gvern li kien ippubblikat illum jeżenta lill-Prim Ministru Roberta Abela, lid-delegazzjoni li kellu miegħu u lil kull min kien hemm fuq it-titjira 9H-ELI CITATION X li marret lejn il-Libja u lura pajjiżna fit-28 ta’ Mejju.

Din l-ordni ħarġet mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika li permezz tal-avviż qalet li din l-eżenzjoi qed isseħħ abbażi tal-fatt li l-persuni abbord jagħtu servizz essenzjali lill-pajjiż, li ż-żjara kienet għal perjodu qasir ħafna u li kienet waħda ta’ bżonn urġenti.

Avviż legali li għadu validu sa issa jeżiġi li kull persuna li tivvjaġġa barra minn pajjiżna tagħmel perjodu ta’ 14-il jum kwarantina mal-wasla tagħha lura Malta. Madankollu, dan l-obbligu issa mhux applikabbli għall-Prim Ministru Robert Abela, għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u dak tal-Intern, Byron Camilleri.