Impenn mal-Ħaddiema Lokali

Il-UĦM Voice of the Workers tkompli ssaħħaħ ir-rikonoxximent fil-Wasteserv

Il-UĦM Voice of the Workers għadha kemm ingħatat konferma li qed tgawdi maġġoranza fil-kumpanija Wasteserv Limited u l-union hija wkoll rikonoxxuta filgradi maniġerjali fi ħdan il-kumpanija.

Eżerċizzju ta’ verifika li sar mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u lImpjiegi (DIER) irriżulta li l-UĦM Voice of the Workers għandha fi ħdanha lmaġġoranza tal-impjegati membri tagħha fl-iskali 4 sa 9.

Fil-jiem li ġejjin il-UĦM ser tkun qed tiltaqa’ mal-ħaddiema f’dawn il-gradi sabiex jinħatar kumitat li jirrapreżenta dawn il-ħaddiema u sussegwentament jibdew it-taħditiet uffiċjali mal-management tal-kumpanija.

It-Taqsima tal-Manifattura u Kummerċ fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers hi sodisfatta ħafna li aktar ħaddiema qed ikomplu jissieħbu fil-union u b’hekk qed juru l-fiduċja tagħhom fiha sabiex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol.