29 TA’ MEJJU 1985
Illum hu l-35 anniversarju minn dik li hi magħrufa bħala t-traġedja ta’ Heysel. L-inċident seħħ f’Heysel Stadium qabel il-finali tat-Tazza taċ-Champions bejn Juventus u Liverpool. Madwar siegħa qabel il-logħba, partitarji ta’ Liverpool taw is-salt għal ħajt li kien jissepara ż-żona newtrali. Il-partitarji ta’ Juventus pruvaw jevitaw ir-rassa li nqabdu fiha ma’ ħajt li ċeda u wassal biex mietu 39 persuna filwaqt li madwar 600 persuna oħra weġġgħu.
Minkejja t-traġedja, il-logħbiet xorta ntlagħbet. Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl wasal fit-58 minuta meta Zbigniew Boniek twaqqa’ qrib il-kaxxa, bir-referee Andrè Daina jordna penalty. MICHEL PLATINI ma żbaljax mill-11-il metru. Wara l-logħba, il-captain ta’ Juventus Gaetano Scirea ġie ppreżentat bit-trofew, bil-preżentazzjoni saret ħdejn id-dressing room. Din it-traġedja wasslet biex il-klabbs Ingliżi kollha ġew sospiżi mill-kompetizzjonijiet Ewropew sal-istaġun 1990/91, b’Liverpool sospiżi għal sentejn oħra.
//= $special ?>