Coronavirus Lokali

L-UĦM Voice of the Workers b’riservi dwar il-ftuħ taċ-Child Care Centres u SkolaSajf

L-UĦM Voice of the Workers esprimiet it-tħassib u r-riservi tagħha dwar il-ftuħ taċ-Child Care Centres u SkolaSajf.

Għal dan il-għan, il-Union diġà skedat laqgħa mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u mas-Supritendenza tas-Saħħa Pubblika għall-ġimgħa d-dieħla biex tiċċara t-tħassib tagħha.

Il-ħsieb ewlieni tal-UĦM Voice of the Workers jibqa’ li jiġu evitati r-riskji għall-ħaddiema u għat-tfal.

Il-Union se tkun f’pożizzjoni li tieħu deċizjoni u tagħti direttivi lill-ħaddiema membri tagħha wara din il-laqgħa.