Il-koppja Rjali jilgħabu ma’ residenti f’Dar tal-Anzjani, f’Wales
Id-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge taw sorpriża kbira lil numru ta’ residenti f’Dar tal-Anzjani f’Cardiff, f’Wales – meta b’mod virtwali ħadu sehem f’logħoba tombla magħhom.
Permezz ta’ Zoom, Prinċep William u Kate Middleton bdew itellgħu n-numri huma filwaqt li allegraw lir-residenti li għal dawn l-aħħar ġimgħat spiċċaw taħt lockdown kawża tal-kriżi li xeħtet l-Ewropa fiha l-pandemija.
Huma appellaw lir-residenti u lill-bqija tal-istaff sabiex jissalvagwardaw saħħithom kif ukoll sabiex jibqgħu allegrużi.
F’intervent qasir Prinċep William saħaq li minkejja t-tbatijiet kollha li għaddejjin minnhom jinsab fiduċjuż li dan iż-żmien ser jgħaddi minn fuqhom u daqt ikunu jistgħu jerġgħu jaraw lill-qrabathom.
//= $special ?>