Omm li kienet instabet ħatja li mmaltrattat liż-żewġ uliedha subien waqt li hija kellha aċċess għalihom f’weekend partikolari f’Awwissu tal-2017, ġiet illiberata mill-Qorti tal-Appell. Din il-Qorti fis-sentenza tagħha appellat lill-koppji li qegħdin jisseparaw biex ma jibqgħux jużaw lil uliedhom bħala arma.
Dan kollu f’dan il-każ beda meta kważi tliet snin ilu, wliedha, ta ’10 u 15-il sena, marru d-dar tagħha għall-waqfa ta’ tmiem il-ġimgħa li madankollu, deġenerat f’katina ta’ avvenimenti li wasslu biex l-omm tgħaddi minn prosekuzzjoni kriminali.
Mid-dehra kollox beda meta s-subien irrifjutaw li jieħdu doċċa wara li waslu d-dar il-baħar, fejn dawn inqaflu fil-kamra tagħhom, u poġġew diversi kaxxi quddiem il-bieb tal-kamra u saħansitra rrifjutaw li jieklu jew jixorbu.
Allegatament dan ix-xenarju baqa’ għaddej matul il-lejl sal-għada filgħodu sakemm is-subien ħarġu mill-kamra tagħhom. Dak li segwa kien allegatament diversi tentattivi minn naħa tas-subien biex joħorġu mid-dar mill-bieb tal-garaxx, bl-omm tipprova b’mod ddisprat iżżommhom lura milli jilħqu l-għan tagħhom.
Hekk kif hi kienet qiegħda tiġri warajahom fid-dar, is-subien allegatament tefgħu il-ġel tad-doċċa fuq it-taraġ u sprejjaw id-deodorant fuq wiċċ ommhom, fillwaqt li permezz ta’ pajpijiet għamlu minn kollox biex jeħilsu mit-tentattivi tagħha.
Huma ppruvaw ukoll isabbtu l-bieb tal-garaxx diversi drabi waqt li l-mara bdiet tipprova timbottahom lura ġewwa, u dan kien wieħed mill-kaġun biex wieħed mis-subien waqa’.
Il-minorenni kienu saħansitra ħatfu ċ-ċwievet tal-karozza tagħha, b’wieħed mis-subien wara spjega wkoll li kellhom l-intenzjoni li jużawhom bħala parti minn negozjati biex ikunu jistgħu jaħarbu minn ommhom. Huma wkoll għamnlu kif jagħmlu l-Pulizija meta użaw ‘pepper spray’ biex jaħarbu mill-omm.
Dawn l-inċidenti nqabdu fuq filmati ta ’CCTV li sussegwentement ġew ippreżentati bħala evidenza fil-Qorti, flimkien ma’ ċertifikati mediċi li jixhdu l-ġrieħi ħfief li ġarrbu l-minorenni.
Il-missier tas-subien sussegwentement għamel rapport lill-Pulizija fejn qal li l-omm kienet ikkastigat lil uliedhom billi qaflithom għal tmiem il-ġimgħa kollha, u li t-tfal kienu suġġett ta’ abbuż fiżiku.
Minħabba f’hekk saret azzjoni kriminali kontra l-mara, li rriżultat f’kundanna fejn hija kienet ġiel illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien xahrejn.
Il-mara appellat mis-sentenza, fejn l-avukat tagħha argumenta li l-minorenni ġabu ruħhom “qieshom ifferoċjati dak il-ħin u mhux ħrief kif kienu qegħdin ipinġu lilhom infushom”.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali, preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, din osservat li kien hemm verżjonijiet konfliġġenti tal-avvenimenti. Hija bbażat ħafna fuq filmati dwar x’kien seħħ l-garaxx, il-kuridur ta’ ġewwa u t-taraġ.
Il-Qorti qalet li osservat li s-subien ma jidhrux li kienu qegħdin jibżgħu minn ommhom, iżda pjuttost ġabu ruħhom b’mod provokattiv, waqt li l-mara “kienet qed tgħum kontra l-kurrent”.
Is-sitwazzjoni eskalat hekk kif is-subien ippruvaw joħorġu l-barra “akkost ta ‘kollox”, meta rreaġixxew għall dak li ppruvat tagħmel ommhom biex iżżommhom milli jaħarbu, u li dan il-fatt seħħ b’mod li seta’ potenzjalment kien ta’ dannu lilha, billi bnew jagħfsu l-bieb kontra tagħha, laqtuha u waqqgħulha n-nuċċali.
L-evidenza viżwali wriet li għalkemm il-mara setgħet applikat forza eċċessiva, din ma kinitx maħsuba biex tagħmel ħsara lil uliedha imma biex twaqqafhom milli jaħarbu waqt iż-żjara ta’ aċċess, qalet il-Qorti.
B’hekk ma kienx ippruvat li l-ġrieħi li ġarrbu s-subien kienu intenzjonali, għalkemm minn naħa tagħha messha ċemplet lill-Pulizija jew lill-Aġenzija Appoġġ minflok ma ħalliet is-sitwazzjoni taħrab barra mill-kontroll.
Sadanittant l-Qorti bagħtet messaġġ qawwi kontra l-aljenazzjoni tal-ġenituri, fejn f’dan il-każ ġie trattat li ġenitur wieħed kien li inċita lit-tfal, u wassal għall-impressjoni li ġenitur l-ieħor li għamel ir-rapport għamel kollox sewwa filwaqt li l-ieħor għamel kollox ħażin.
Meta ġara dan, it-tfal minuri spiċċaw bħala oġġetti użati bejn il-koppja, bil-Qorti tisħaq li t-tfal dejjem kienu salvagwardjati u li l-imġieba aggressiva qatt ma kienet aċċettabbli, kemm jekk mill-ġenituri lejn il-ulied tagħhom jew viċeversa. Il-Qorti għaldaqstant laqgħet l-Appell tal-omm u rrevokat il-kundanna. L-Avukat Michael Tanti Dougall assista lill-istess omm.
//= $special ?>