Lokali

Sejba droga f’Birkirkara

Raġel ġie arrestat wara sejba droga grazzi għall-ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Drogi.

Is-sejba seħħet f’residenza f’Birkirkara fejn wara jiem ta’ osservazzjoni l-Pulizija wettqu rejd fir-residenza fejn sabu r-raġel ta’ 41 sena.

Minn tfittxija li saret, il-Pulizija sabet sustanza suspettata droga ħaxixa lesta sabiex tiġi traffikata. Il-Pulizija sabet ukoll miżien eletroniku u affarijiet oħra relatati mat-traffikar tad-droga.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LLD. li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.