Lokali

Titħabbar il-mewt tal-ewwel Kaptan tal-Air Malta

Imut Charles Massa

Tħabbret il-mewt tal-Kaptan Charles Massa. Fi stqarrija, l-linja tal-ajru nazzjonali Air Malta stqarret is-sogħba tagħha għat-telfa ta’ Massa fl-età ta’ 66 sena.

Huwa kien l-ewwel Kaptan Malti li tajjar ajruplan tal-linja tal-ajru lura fit-8 ta’ Ottubru fl-1985. It-titjira kienet proprju mill-mitjar Malti lejn l-ajruport ta’ Gatwick, f’Londra.

Fil-bidu li ġiet mwaqqfa l-Air Malta, il-kumpanija kienet tħaddem Kaptani barranin li kienu jħarrġu lill-Maltin, fosthom Charles Massa.

Huwa għamdel 41 sena jagħti servizz mill-aqwa lil-linja tal-ajru nazzjonali – b’31 sena minnhom għamilhom ta’ Kaptan.

L-aħħar titjira tiegħu kienet KM 612 għal Ruma u lura fil-5 ta’ Mejju, 2016.