Coronavirus Lokali Saħħa

2 każijiet ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna… ifiqu 11-il persuna oħra

Il-każijiet attivi jinżlu għal 84

Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 2 każijiet ġodda li rriżultaw fil-pożittiv għall-COVID-19, biex b’hekk issa l-każi jitilgħu għal 618.

Aħbar pożittiva hi li fiequ 11-il persuna oħra, bit-total ta’ każi attivi jinżel għal 84. It-total ta’ persuni li fiequ minn dan il-virus jitla’ għal 525.