Il-Pulizija mhux qed tinvestiga lill-kuntistabbli li għamlet il-filmat permezz ta’ TikTok, iżda qed tinvestiga allegazzjoni dwar il-mod kif inġieb in-numru tat-telefown tal-persuna li xerred l-istess filmat fuq il-midja soċjali.
Hekk stqarr is-Segretarju Eżekuttiv tal-Malta Police Assosciation, Johann Mifsud waqt intervista fil-programm Net Live.
Mifsud tenna li jinsab diżappuntat li meta l-Pulizija barranin jagħmlu video hekk infaħħruhom, iżda meta Maltin jagħmlu l-istess, immaqdruhom.
Tul il-programm kien hemm mistieden ukoll il-prezentatur Peppi Azzopardi, fejn tenna li l-Korp għandu d-dmir li jinvestiga każijiet aktar serji minn dan.
Intant, Johann Mifsud qal li bil-filmat li sar mill-pulizija ma sar l-ebda reat kriminali, u li l-istess Assoċjazzjoni għandha filmati li huma ħafna agħar minn hekk u qatt ma ttieħdu passi fil-konfront tan-nies involuti.
//= $special ?>