Internazzjonali

Il-każijiet attivi jlaħħqu it-tliet miljuni

Il-każijiet attivi ta’ coronavirus madwar id-dinja issa jlaħħaq għal aktar minn 3 miljuni… bl-akbar ammont ta’ każi jkunu reġistrati fir-Renju Unit.

Fi New York, l-akbar belt fl-Istati Uniti li fiha joqogħdu nies, il-Gvernatur Andrew Cuomo ħabbar li New York jinsab lest biex jerġa’ jiftaħ in-negozji mit-8 ta’ Ġunju.

L-Indja rreġistrat l-akbar ammont ta’ każi ġodda, bin-numru jlaħħaq kważi it-tmint elef. Apparti l-Indja, anke il-Brazil irreġistra numri rekord ta’ każi ġodda – qrib is-27,000 f’ġurnata waħda.

Mit-3 ta’ Ġunju, persuni li jivvjaġġaw lejn l-Italja minn pajjiżi fiż-żona schengen, mhux se jkunu obbligati li jagħmlu 14-il jum ta’ kwarantina. Mill-15 ta’ Ġunju, persuni minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, se jkunu wkoll eżentiti mill-kwarantina obbligatorja.

Fir-Renju Unit, 3 xjentisti qed juru t-tħassib tagħhom dwar ir-rilass ta’ diversi miżuri fl-Ingilterra. Peter Horby, stqarr kif minkejja li l-miżuri tad-distanza soċjali kienu suċċess, fir-Renju Unit xorta qed jinstabu mat-8 t’elef każ kuljum.

Intant, fiċ-Ċina, xjentisti mill-kumpanija Sinovac jinsabu ottimisti li l-vaċċin se jkun wieħed effettiv. L-istess kumpanija stqarret li bħalissa qed isiru testijiet fuq żewġ tipi differenti ta’ vaċċini – Bil-voluntiera li qed jaħdmu fuq dawn il-vaċċini jaqbżu l-elf.

Fi Franza matul il-ġurnata tas-Sibt, infetħu mill-ġdid diversi żoni pubbliċi u ġonna. Filfatt, kienu diversi individwi li qattgħu il-jum flimkien ma’ ħbieb jew familjari f’żoni pubbliċi. Din il-miżura flimkien ma’ sett ta’ miżuri oħra ta’ rilassament tħabbru mill-Prim Ministru Franċiż Emmanuel Macron.