Coronavirus Ekonomija Lokali

“Irid isir aktar biex insalvaw in-negozji” – il-Kamra tal-SMEs

Appell biex il-fondi tal-UE imorru direttament għan-negozji

“Tal-ħwienet u n-negozji ż-żgħar jinsabu f’sitwazzjoni agħar, u għalhekk jeħtieġ sostenn dirett mill-Gvern. L-għajnuna li hemm bħalissa…mhix biżejjed”.

Hija din id-dikjarazzjoni skjetta li saret mill-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji fejn intqal illi irid isir aktar mill-Gvern biex in-negozji jkunu salvati.

Permezz ta’ stqarrija il-Kamra tal-SMEs qalet illi l-Gvern għandu jindirizza fondi tal-UE direttament għan-negozji. L-aktar, biex tiġi indirizzata l-problema tal-kirjiet.

Il-Kamra diġa’ wettqet diversi proposti lill-Prim Ministru rigward il-kwistjoni tal-kirjiet li qed tkun piż kbir bħalissa għal tal-ħwienet. Jekk wieħed per eżempju jsemmi l-proposta ta’ “sussidju għall-kirjiet”, li saret ġimgħat ilu, din baqgħet ma ġietx implimentata.

“Sa issa mhux isir biżejjed. L-ekonomija staġnata. U ħafna impjiegi qed jintilfu”, qalet iċ-Chamber tal-SMEs fl-istqarrija tagħha.