Permezz ta’ video konferenza, saret l-Assemblea Ġenerali tal-Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa. Fin-nuqqas tal-edizzjoni tas-sena d-dieħla li kellha ssir f’Andorra, matul il-laqgħat kien deċiż li jkunu l-federazzjonijiet rispettivi tad-diversi dixxiplini li matul is-sena d-dieħla jieħdu ħsieb li jorganizzaw kompetizzjoni tad-dixxiplina rispettiva tagħhom.
Filwaqt li Malta se torganizza l-edizzjoni tal-2023, Andorra tal-2025 u Monaco fl-20127, il-Lussemburgu ressqet talba biex torganizza l-edizzjoni tal-2029 filwaqt li Ċipru torganizza l-Logħob tal-Istati ż-Żgħar fl-2031. Dawn il-kandidaturi għandhom ikunu approvati f’laqgħa tal-istess Kumitati Olimpiċi tal-Istati ż-Żgħar li għandha ssir f’Andorra bejn is-16 u t-18 ta’ Ottubru ta’ din is-sena.
Fuq suġġeriment tal-President ta’ San Marino Gian Bruno Giardi, se jinħoloq sotto-kumitat li jieħu ħsieb it-twettiq ta’ Statut tal-Logħob fejn jidher li bħalissa jeżistu biss sett ta’ regolamenti li jirregolaw l-istess Logħob. Saret ukoll laqgħa tal-Kummissjoni Teknika li se tieħu ħsieb li għal-laqgħat ta’ Ottubru f’Andorra, titressaq l-analiżi dwar xi nuqqasijiet li seta’ kien hemm fl-aħħar edizzjonijiet.
//= $special ?>