L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex jistiednu lill-Poplu Malti u Għawdxi biex fil-Jum Solenni ta’ Għid il-Ħamsin, għada, meta kellha sseħħ fostna iż-Żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, jingħaqad fit-talb għall-Qdusija Tiegħu, għall-Knisja, għal pajjiżna u għad-dinja.
L-Isqfijiet se jingħaqdu mal-Papa Franġisku fit-talb: l-Isqof Mario Grech mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu llejla fil-5:30 p.m.; l-Arċisqof Charles Scicluna mis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa għada fid-9:30 a.m.
Dawn il-mumenti ta’ talb se jixxandru fuq TVM2 u l-media soċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex. L-Isqfijiet se jitolbu sabiex il-Mulej, fil-ħniena tiegħu, isawwab fuqna d-doni tal-Ispirtu Qaddis tiegħu u jberikna bis-saħħa fir-ruħ u fil-ġisem.
//= $special ?>