Erba’ min-nies akkużati u 43 kellhom jiġu mmultati wara l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Floriana FC nhar it-Tnejn illi għadda, meta s-supporters nizlu fuq il-fosos jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat Premier ta’ din is-sena.
Il-gazzetta The Malta Independent on Sunday qed tghid li erba’ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Id-deċiżjoni dwar il-kampjonati tal-futbol ittieħdet wara vot fil-Kunsill tal-MFA li huwa maghmul minn rappreżentanti tat-timijiet kollha li jikkompetu fid-diviżjonijiet lokali u rappreżentanti ta’ fergħat oħra relatati mal-futbol lokali.
U wara ċ-ċelebrazzjonijiet fuq il-fosos… ħafna kienu dawk li wasslu l-ilmenti tagħhom dwar il-fatt li dawn il-festeġġjamenti marru kontra l-avviżi legali li hemm fis-seħħ bħalissa – u li jimponu biex ma jinġabrux gruppi ta’ aktar minn sitta. Minkejja dan, jidher li l-Gvern se jaghlaq ghajn wahda.
Min-naħa tagħhom Floriana FC kienu qalu illi huma m’organizzaw l-ebda attivita’ ta’ ċelebrazzjoni u li dawn kienu kollha spontanji.
Dakinhar, il-Pulizija waqqfet iċ-ċelebrazzjonijiet u issa weħħlet il-multi wara li għamlet l-investigazzjonijiet tagħha.
Hekk kif irrapurtat fuq the Malta Independent on Sunday, jidher li żewġ persuni qed jiġu akkużati li organizzaw l-attivitajiet ċelebrattivi mingħajr il-permessi meħtieġa kif ukoll li organizzaw attivita’ mhux permessa skont l-avviżi legali li ġġib magħha multa ta’ 3,000 ewro.
Persuna oħra qed tiġi akkużata li heddedt uffiċjal tal-pubbliku, għalqet it-triq kif ukoll li m’obdietx ordnijiet tal-pulizija. U r-raba’ persuna qed tiġi akkużata li għalqet it-triq bil-karozza tagħha. Dawn apparti dawk li ġew immultati 100 ewro talli kisru r-regoli ta’ social distancing …li jammontaw għal 43 persuna.
Ghalkemm issa jidher li dawn il-multi….dejjem skont dak li qal il-Prim Ministru l-Ħadd… se jiġu maħfura.
//= $special ?>