Lokali

Adrian Delia jirringrazzja lill-ħaddiema u ċ-ċittadini li qed jiġġieldu l-COVID-19

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia rringrazzja lill-ħaddiema kollha, fosthom l-infermiera, tobba u lill-pulizija tax-xogħol bla waqfien li qed jagħmlu f’riskju quddiem il-COVID-19. Iżda dan mhux biss! Hu rringrazzja wkoll lil dawk il-persuni kollha li qed jobdu d-direttivi biex ma jissograwx is-saħħa tagħhom stess, ta’ qrabathom u tal-barranin.

Dan intqal fi Tweet fid-dawl tad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela fejn ħabbar li se jkun qed jaħfer il-multi tal-ksur tad-direttivi mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci.

Delia żied jgħid li dawk li mxew ma’ dawn id-direttivi huma nies li ħasbu f’ħaddieħor fost sagrifiċċju biex pajjiżna jkollu ċ-ċans li joħroġ minn din il-pandemija.