Il-Kamra tal-Avukati ma kinitx ikkonsultata dwar il-ftuħ tal-Qorti l-Ġimgħa li ġej.
Wara d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fuq il-media Laburista, ma’ NET News, il-President tal-Kamra tal-Avukati Louis Degabriele spjega li l-Kamra ilha ġimgħa mistiedna għal laqgħa – skedata għat-Tnejn – mal-Ministru Edward Zammit Lewis u mal-Ġudikanti.
Madankollu, saħaq li bl-ebda mod ma kienet għadha infurmata li l-Qrati Maltin kienu se jiftħu l-Ġimgħa. Tenna li din kienet aħbar ġdida għalkollox għalihom għax, bħall-kumplament tal-poplu, saru jafu bil-rilaxx imħabbar mill-Prim Ministru minn fuq il-media Laburista.
S’issa hu miftuħ biss ir-Reġistru tal-Qorti, li ilu miftuħ mill-4 ta’ Mejju. Dan kien wassal biex il-Kamra tal-Avukati tressaq proposta dwar il-proċess li għandu jintuża’ għall-fażi tranżitorja fil-ftuħ tal-Qorti.
Fil-fatt, il-Kamra kienet tal-idea il-proċess li jmiss jiġi diskuss fil-laqgħa tat-Tnejn, iżda issa jidher li d-deċiżjoni laħqet ittieħdet u tħabbret mill-Prim Ministru mingħajr l-ebda konsultazzjoni.
//= $special ?>