Borussia Dortmund irritornaw għar-rebħ wara li nhar it-Tlieta tilfu kontra Bayern Munich. Huma għelbu lil Paderborn 6-1. Jadon Sancho skorja hat-trick fl-ewwel partita mill-bidu minn wara li tkompla l-kampjonat u fiċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel gowl hu sellem liż-żgħażugħ li safa’ maqtul fl-Amerika din il-ġimgħa, George Floyd l-istess kif għamel Achraf Hakimi.
Il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima u fl-54 minuta marru fil-vantaġġ permezz ta’ THORGAN HAZARD wara li l-gowlkiper b’mod parzjali salva x-xutt ta’ Emre Can. SANCHO żied ieħor tliet minuti wara. Paderborn naqsu d-distakk permezz ta’ penalty skorjat minn UWE HÜNEMEIER b’SANCHO jerġa’ jiftaħ vantaġġ doppju fl-74 minuta.
ACHRAF HAKIMI skorja r-raba’ gowl fil-50 partita tiegħu għal Dortmund. Minuta mit-tmiem SCHMELZER għamilhom ħamsa mill-viċin, b’SANCHO jissiġilla r-rebħa u jgħaqqad il-hat-trick fit-92 minuta.
RIŻULTATI: Il-Ġimgħa: Freiburg v B. Leverkusen 0-1, Ilbieraħ: H. Berlin v Augsburg 2-0, Mainz v Hoffenheim 0-1, Schalke v W. Bremen 0-1, Wolfsburg v E. Frankfurt 1-2, B.Munich v F. Düsseldorf, Illum: B. M’g’bach v U. Berlin 4-1, Paderborn v B. Dortmund 1-6, Għada: Cologne v RB Leipzig
//= $special ?>