Borussia Mönchengladbach komplew l-mixja pożittiva tagħhom mir-ritorn tal-Bundesliga hekk kif għadhom mingħajr telfa biex b’hekk telgħu fit-tielet post. Huma għelbu lil Union Berlin 4-1 Mönchengladbach fetħu l-iskor fit-18 –il minuta wara li Herrmann mil-lemin tefgħa kross tajjeb u kien FLORIAN NEUHAUS li b’konkulżjoni preċiża għeleb lil Gikiewicz.
It-tim ta’ Marco Rose kompla jiddomina u erba’ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima MARCUS THURAM b’daqqa ta’ ras għamilhom 2-0 wara xogħol tajjeb ta’ Plea biċ-ċelebrazzjoni tiegħu tal-gowl jiddedikaha lil George Floyd li aktar kmieni din il-ġimgħa deher filmat tiegħu fuq il-midja soċjali fejn ġie maqtul minn pulizija. Union Berlin naqsu d-distakk ħames minuti minn ftuħ it-tieni taqsima meta SEBASTIAN ANDERSSON b’daqqa ta’ ras għeleb lil Sommer.
Mönchengladbach reġgħu fetħu vantaġġ doppju fis-60 minuta wara li d-difiża ta’ Union Berlin naqset milli ttajjar bi Plea jirbaħ il-ballun u jqassam fil-baxx lejn THURAM li għamilhom 3-1. Borussia Mönchengladbach aċċertaw mir-rebħa fil-81 minuta fejn din id-darba kien ALASSANE PLÉA li b’xutt spettakolari għamilhom 4-1.
//= $special ?>