Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Ebda każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każ ġdid li rriżulta pożittiv għall-Covid-19 minn 987 swab test, sabiex b’hekk il-każi f’Malta baqgħu dawk ta’ 618.

Aħbar pożittiva oħra b’rabta mal-pandemija hi li fiequ 9 persuni sabiex b’hekk issa t-total ta’ każi attivi niżel għal 75 filwaqt li n-numru totali ta’ persuni li rkupraw mill-virus huwa dak ta’ 534.

Madanakollu, minkejja dawn iċ-ċifri, l-aħħar appell tas-Suprintendent tas-Saħħa Professur Charmaine kien dak ta’ kawtela fejn bosta mediċi jappellaw sabiex il-pubbliku jibqa’ jsegwi l-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa l-għaliex faċli li l-virus jerġa’ jibda jifrex rasu.

Dan fid-dawl ukoll li tlett persuni ma felħux jiġġieldu mal-infezzjoni tal-virus u sfortunatament l-fatalitajiet telgħu għal 9 f’temp ta’ inqas minn ġimgħa.