Manchester United mistennija jestendu l-kuntratt tal-attakkant Niġerjan Odion Ighalo sa Jannar wara li ssieħeb magħhom b’self f’Jannar li għadda. United jinsabu għaddejin b’diskussjonijiet mal-klabb ta’ Ighalo Shanghai Shenhua fejn mistennija jilħqu ftehim dwar l-estensjoni tal-kuntratt tan-Niġerjan fis-siegħat li ġejjin.
Jekk jintlaħaq ftehim, Ighalo se jkun qiegħed jitlef l-bidu tal-kampjonat Ċiniż li mistenni jibda dan ix-xahar. Shanghai Shenhua jidher li riedu li jkun hemm inkluż klawsola li jekk Manchester United jestendu l-kuntratt b’self tan-Niġerjan il’ quddiem ikunu jistgħu jiffirmawh għal €20 miljun.
Jidher iżda, lit-tim Ċiniż aċċetta li l-plejer ta’ 30 sena, jibqa’ ma’ Manchester United anke minħabba li l-ivjaġġar bħalissa huwa ristrett minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Lura f’Marzu, Shanghai offrew lil Ighalo kuntratt ta’ sentejn b’paga ta’ €450,000 fil-ġimgħa. Ma’ Manchester United, Odion Ighalo lagħab tmien partiti fejn skorja erba’ gowls.
//= $special ?>

