Minn nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ser jerga jiftah kollox. Filwaqt li l-ajruport se jinfetha mill-1 ta’ Lulju.
F’intervista fuq il-midja tal-Partit Laburista Abela fisser is-sitwazzjoni preżenti ta’ pajjiżna bħala waħda li qed tressaqna lejn in-normalità….u qal li l-pandemija tal-Covid-19 tinsab warajna.
Għaldaqstant żvela li t-Tnejn ser ikun qed iħabbar it-tneħħija ta’ numru ta’ restrizzjonijiet oħra, fosthom il-ftuħ tal-Gyms.

Robert Abela ħabbar li l-ajruport u l-portijiet ta’ pajjiżna ser ikunu qed jiftħu l-bibien tagħhom mill-ewwel ta’ Lulju, propju għaliex skont hu “pajjiżna riesaq lejn normalità sħiħa” – minkejja l-appelli kontinwi tal-Professur Charmaine Gauci u tad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne li l-pubbliku għandu jibqa’ jżomm l-attenzjoni u l-kawtela.
Dan id-diskors wasal wara ġimgħa iebsa ghal pajjizna, fejn tilfu ħajjithom 3 persuni kawża tal-pandemija.
Il-Mexxej Laburista ħabbar ukoll li nhar it-Tnejn 8 ta’ Ġunju l-poplu ser ikun qed jiġi ippreżentat b’baġit multi milunarju deskritt minnu bħala aggressiv – ghalkemm imkien ma semma’ li dan il-pjan se jithabbar wara li Malta ser tingħata madwar biljun ewro mill-Unjoni Ewropea, fosthom 300 miljun f’fondi diretti.
Fl-intervista, Robert Abela habbar anke l-intenzjoni tieghu li jahfer il-multi li inghataw mill-Pulizija, b’hfan xoghol u sagrificji, kontra dawk li abbuzaw mid-direttivi li tat il-Professur Charmaine Gauci.
Intant…fost id-diversi attakki partiġġjani li għamel, il-Prim Ministru fetaħ attakk ġdid fuq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Fuq il-media laburista, il-Prim Ministru Robert Abela semma li l-istatistika tinsab favurih, minkejja li din il-ġimgħa ċifri mill-NSO wrew li fl-ewwel xhur tas-sena l-qgħad żied bi 11,000.
//= $special ?>