Reazzjoni ta’ diżappunt kbir wara l-kliem tal-Mexxej Laburista
“Dan huwa insult għal dawk kollha li rrispettaw il-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa”.
Din kienet ir-reazzjoni fuq il-midja soċjali ta’ numru kbir ta’ persuni wara li f’intervent fuq il-midja tal-Partit Laburista, il-Prim Minisitru Robert Abela sostna li ser ikun qed jagħti amnestija lil dawk il-persuni li ġew immultati minħabba l-fatt li ma segwewx il-miżuri b’rabta ma’ Covid-19.
Robert Abela saħaq li dawk li ħallsu l-multa diġà ser ikollhom ċans ukoll li jingħataw rifużjoni tal-multa.
Numru ta persuni saħqu li min bi traskuraġni poġġa fir-riskju lil persuni oħra ġie premjat u għaldaqstant saħqu li din id-deċiżjoni hija nuqqas ta’ rispett kbir lil dawk il-ġenituri, nanniet u tfal li ilhom ma jaraw lill-ommhom u missierhom jew lin-neputijiet tagħhom. Nuqqas ta’ rispett ukoll lil dawk il-persuni kollha li ġew mċaħħda li jkollhom tislima xierqa wara mewthom.




Oħrajn saħqu li hija redikola li att kriminali qed jingħata rifużjoni kif ukoll li b’dan il-kumment mhux talli l-Prim Ministru qed iġib l-ekonomija qabel is-saħħa, iżda b’dan id-diskors ġab il-voti qabel l-ekonomija.
Bosta esperti u ġurnalisti wkoll ħaduha b’mod ċar kontra din id-deċiżjoni deskritta bħala waħda li teżalta n-nuqqas ta’ dixxplina.

Intant b’nofs ċajta, iżda b’serjeta li taqta’ daqs xafra numru ta’ skejjel fost oħrajn tal-arti, żfin u reċtar staqsrew jekk hux ser jingħataw rifużjoni huma wkoll wara li ġew mċaħħda milli jiftħu u segwew il-miżuri u l-istruzzjonijiet li ingħatawlhom.
Intant b’nofs ċajta, iżda b’serjeta li taqta’ daqs xafra numru ta’ skejjel fost oħrajn tal-arti, żfin u reċtar staqsrew jekk hux ser jingħataw rifużjoni huma wkoll wara li ġew mċaħħda milli jiftħu u segwew il-miżuri u l-istruzzjonijiet li ingħatawlhom.

