Lokali

“Insult kbir għal xogħolna” – Kamra tal-Ispiżjara

“Insult kbir għax-xogħol kollu li għamlu l-ispiżjara”.

Din kienet ir-reazzjoni tal-Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta, fejn ingħaqdet mal-maġġoranza tal-pubbliku, unions, esperti u opinjonisti, għad-dikjarazzjonijiet li saru mill-Prim Ministru Robert Abela il-Ħadd filgħodu.

Il-Kamra sostniet li matul dawn l-aħħar xhur l-ispiżjara ssugraw ħajjithom u s-saħħa tal-qraba tagħhom bil-għan li jagħtu s-servizz tagħhom u jiġu osservati l-Avviżi Legali maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.

Il-Kamra saħqet li tħoss ukoll li din id-dikjarazzjoni hija ta’ insult lejn il-maġġoranza tal-Poplu Malti u Għawdxi li matul dan il-perjodu kien dixxiplinat u osserva il-liġijiet kollha.

Il-Kamra ħadet l-okkazzjoni sabiex tesprimi is-solidarjetà mal-Malta Police Association u l-membri tagħha u l-frontliners kollha għax-xogħol siewi u tas-sagrifiċċji tagħhom li jagħmlu għall-ġid tal poplu.

https://www.facebook.com/spizjara.org/posts/3647304475296486?xts%5B0%5D=68.ARByGXz0N9Tjen1pIkEcQo8CFcJTip8lEE5XAAjEclWlOik5DQ6zlGknxCNKoe-1AtAZ0qDvL3jp4LaWnSKfyHHwwBQOF3nTH2sKWERb6G6dGTljRUuM6PHCNlotIQIu20aOnpMksHVNUFS2d5kQxJ9MBUkHyE5GRsy7uLFHeunnC6xg3yfTMiR8uYg2SrixAy9WqLCA8TRn7C6O2R3h-qgyMKzdxQMP84tQd8pzSo3UrC9Obuu8ep7eqpcIPWUxHkJW9mtA9zad51ShcazPEKsbdp6e8CA-RVk8szZ_AI9l6-POIZhgLoCbWnENStxzAGM96RtOlKOaadxGbmjPxA&tn=-R