Il-kowċ tat-tim tas-Serie A, Atalanta Gian Piero Gasperini stqarr mal-midja Taljana li ġurnata qabel il-partita mir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Valencia hu kellu l-coronaivurs. Fl-aħħar ġimgħat bosta xejntisti sostnew li din il-partita setgħat kienet il-‘gorund zero’ tal-pandemija fl-Italja.
Gasperini rrakkonta kif lejliet din il-partita ħassu ma jiflaħx ħafna u qatta’ lejl jisma’ s-sireni tal-ambulanza fejn ħaseb li seta’ jmut. Hu qal li l-coronavirus laqgħat liż-żona ta’ Bergamo mingħajr ħniena u l-virus ma ħares lejn wiċċ ħadd. Il-kowċ ta’ 62 sena qal li peress li qatt ma’ kellu deni hu ma kienx eliġibbli li jagħmel it-test. Kien ftit tal-jiem ilu li għamel test serologiku li kkonfermalu li hu kellu l-coronavirus.
“Lejliet il-partita kontra Valencia ħassejtni ma niflaħx u l-għada wara nofsinhar kont għar, fuq il-bankina ma ħassejtnix sew” stqarr it-Taljan.
Hu kompla jirrakkonta kif viċin fejn joqgħod hemm sptar u kull żewġ minuti tgħaddi ambulanza “ħassejtni fi gwerra” żied jgħid. Gasperini temm l-intervistà tiegħu billi qal li l-iskwadra tinsab f’kundizzjoni tajba u preparata għal-logħob minkejja li jiddispjaċieh li ma jistgħux jilgħabu quddiem il-partitarji tagħhom.
//= $special ?>