L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti f’Malta laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern biex jinfetaħ l-ajruport għaliex dan se jkun ta’ benefiċċju għas-settur tat-turiżmu.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra mal illi l-ftuħ tal-ajruport u tal-portijiet mhux se jġibna lura kif konna qabel l-imxija tal-Covid-19 b’mod awtomatiku.
Żied jgħid illi il-lukandi u r-ristoranti għandhom bżonn l-għajnuna tal-Gvern biex ikunu jistgħu isostnu l-ispejjeż tan-negozji sakemm jaddattaw għal din ir-realta’ l-ġdida.
Qal ukoll illi l-ġimgħat illi ġejjin ser ikunu ta’ sfida sakemm jittieħdu deċiżjonijiet ta’ ristrutturar biex jista’ jkun hemm is-sigurta’ tal-impjieg u maniġjar sostennibbli.
Infatti, l-MHRA saħqet illi ser tibqa’ taħdem mal-Ministeru tat-Turiżmu, l-Awtorita’ tat-Turiżmu, l-Ajruport Internazzjonali u ma’ għaqdiet oħrajn sabbie Malta tiġi promossa bħala destinazzjoni sigura.
Zahra ikkonkluda l-istqarrija mibgħuta lill-midja li din hija ‘restart button’ u li ser ikun qed isir xogħol biex flimkien jinkiseb suċċess u li l-ftuħ tal-ajruport huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.
//= $special ?>