Futbol Sport

PSG jiffirmaw lil Icardi b’mod permanenti

(Ritratt: EPA)

Iċ-Champions Franċiżi, PSG ikkonfermaw l-akkwist b’mod permanenti tal-attakkant Arġentin Mauro Icardi wara li fl-aħħar ġranet il-midja internazzjonali rrapurtat li PSG laħqu ftehim ma’ Inter.

Huwa mifhum li PSG se jħallsu lil Inter ftit aktar minn €50 miljun. Jidher li fit-trasferiment Inter, għamlu klawsola li jekk Icardi jkun mibjugħ lil xi klabb Taljan, juma jirċievu €15 –il miljun. L-attakkant ta’ 27 sena ssieħeb ma’ PSG b’self fis-sajf li għadda, bil-Franċiżi jattivaw l-għażla li jixtru lil Icardi b’mod permanenti. Inter min naħa tagħhom permezz tal-midja soċjali rringrazzjaw lil Icardi wara sitt snin mal-klabb minn Milan.

Fl-istaġun li qatta’ fi Franza Icardi skorja 20 gowl f’31 partita fil-kompetizzjonijiet kollha qabel mal-kampjonat ġie mitmum fit-30 ta’ April minħabba l-pandemija tal-coronavirus. PSG ġew iddikjarati champions ftit tal-ġimgħat ilu wara li l-Gvern Franċiż projbixxa l-isport kollu sal-1 ta’ Settemrbu. Huma kienu jinsabu 12 –il punt vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika u jinsabu fil-kwarti finali tal-UEFA Champions League wara li eliminaw lil Borussia Dortmund fir-rawnd tal-aħħar 16.