It-tim tal-Formula 1, Renault qed jikkunsidraw li jiffirmaw lis-sewwieq irtirat Fernando Alonso biex ikun is-sostitut għall-Awstraljan Daniel Ricciardo li se jħalli lil Renault biex jissieħeb ma’ McLaren is-sena d-dieħla. Alonso kien diġa darbtejn parti mit-tim ta’ Renault bejn l-2003 u l-2006 u bit-tieni esperjenza bejn l-2008 u l-2009.
Dan ikkonfermah id-Direttur Maniġerjali ta’ Renault Cyril Abiteboul li żied li minkejja li s-sena d-dieħla se jkun hemm numru ta’ sewwieqa li huma se jkunu jistgħu jiffirmaw se janalizzaw l-għażliet kollha possibbli. Din l-aħbar ġiet ukoll milqugħa tajjeb mill-eks maniġer ta’ Ferrari Stefano Domenicali li qal li jekk Alonso jaċċetta u jissieħeb ma’ Renault flimkien mas-sewwieq żgħażugħ Esteban Ocon tkun aħbar pożittiva għall-Formula 1.
L-Ispanjol, Fernando Alonso rtira mix-xena tal-Formula 1 fl-2018. Tul il-karriera tiegħu hu kien ma’ bosta timijiet fil-Formula 1 fosthom ma’ Ferrari u McLaren. Hu rebaħ darbtejn t-titlu mondjali kif ukoll telgħa 97 darba fuq il-podju. Fl-2017 hu ħa sehem fl-IndyCar Series filwaqt li l-istaġun li għadda kkompeta fl-FIA World Endurance Championship.
//= $special ?>