Il-midfielder ta’ Atletico Madrid Saul Niguez, f’messaġġ fuq il-midja soċjali qal li tliet ijiem oħra se jħabbar id-destinazzjoni ġdida tiegħu. Fl-aħħar jiem, il-plejer Spanjol kien qiegħed jissema li jista’ jħalli Spanja u jmur jilgħab fl-Ingilterra ma’ Manchester United.
Jekk l-aħabr tkun li Niguez se jħalli lill-klabb Spanjol, din ma tkun l-ewwel darba li plejer ta’ Atletico Madrid iħabbar it-trasferiment tiegħu b’mod innovattiv. Sentejn ilu l-plejer Franċiż Antoine Griezmann, f’dokumentarju li deher fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni Spanjoli, fejn kien qajjem dubji dwar il-futur tiegħu ma’ Atletico Madrid. Griezmann spiċċa biex issieħeb ma’ Barcelona sena wara.
L-aħħar rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li Manchester United jistgħu jakkwistaw lil Niguez għal €138 miljun b’paga ta’ €222,000 fil-ġimgħa. Ma’ Atletico, Niguez lagħab 185 partita fejn skorja 21 gowl.
//= $special ?>