Internazzjonali

Tajlandja: Mijiet ta’ iljunfanti jinħelsu lura fl-abitat tagħhom

Hekk kif it-turiżmu fit-Tajlandja spiċċa fix-xejn fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, mijiet ta’ iljunfanti nħelsu lura fl-abitat tagħhom hekk kif kienu qed ibatu l-ġuħ.

Filwaqt li fin-nuqqas ta’ turisti dawk li jieħdu ħsieb l-iljunfanti m’għandhomx biżżejjed flus biex imantnuhom, uħud ħadu d-deċiżjoni li jħalluhom imorru lura f’arthom.

Il-vjaġġ ġie mħallas minn sid ta’ kumpanija tal-karità lokali, Miss Lek. Uħud mill-iljunfanti ilhom ‘il bogħod minn darhom għal iktar minn 20 sena. Il-vjaġġ ħa madwar erbat ijiem hekk kif l-iljunfanti ż-żgħar m’għandhomx biżżejjed enerġija għal vjaġġi twal.

Persuni li joqgħodu f’villaġġ viċin l-abitat tal-iljunfanti qiegħdin jitimgħuhom sakemm jidraw fejn darba kienet darhom. Dan hu ta’ riskju li jispiċċaw jiddejnu jew ma jkollhomx bizzejjed flus u ikel għal familji tagħhom stess.

Il-liġi fil-pajjiż biex b’saħħitha biżżejjed li tgħati s-sigurtà meħtieġa għal dawn l-annimali. L-iljunfanti kienu jqattgħu ħajjithom fil-kampijiet bit-turisti jkunu l-uniċi viżitaturi. Dan ifisser li ma kienux jagħmlu l-ebda tip ta’ eżerċizzju, tant li l-iljunfanti li jkunu tqal isibuha diffiċli mmens biex iweldu, bil-maġġoranza tad-drabi jispiċċaw jitilfu t-trabi.